Sit elettroniku ġdid b’informazzjoni għall-kumpaniji li jixtiequ jinvestu f’Malta

Source: One News

Date: 15/11/2018

Il-Ghana u pajjizi oħra fl-Afrika huma swieq li qegħdin jattiraw l-interess ta’ kumpaniji bbazati f’Malta biex jimirħu u jinvestu fihom ukoll. Swieq li qegħdin jizviluppaw u fihom għadd ta’ opportunitajiet.

Qal dan Anton Buttigieg, il-Kap Eżekuttiv ta’ Trade Malta, tliet snin mit-twaqqif ta’ Trade Malta. F’dawn it-tliet snin 263 kumpanija bbażati f’Malta pparteċipaw f’delegazzjonijiet organizzati minn Trade Malta biex jiksbu aktar opportunitajiet barra minn xtutna.

 

B’kollox ġew organizzati 17-il delegazzjoni f’20 pajjiz differenti minn madwar id-dinja. Sabiex Trade Malta tkompli tgħin lil dawn il-kumpaniji nediet sit eletronniku ġdida aktar aċċesibbli.

Is-sit fih għadd tas-servizzi immirata għal dawk il-kumpaniji li jixtiequ jinvestu f’Malta u għal dawk il-kumpaniji bbazati f’Malta li jixtiequ jinvestu f’pajjizi oħrajn. Proġett iffinanzjat minn Fondi Ewropej: (https://www.trademalta.org/)

“Dan is-sit se joffri għajnuna lill-kumpaniji, servizzi, u informazzjoni li għandhom bżonn”, saħaq is-Sur Buttigieg.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela, faħħar il-ħidma ta’ Trade Malta f’dawn it-tliet snin mit-twaqqif tagħha. Filwaqt li tkellem dwar l-importanza li jiġi attirat investiment sabiex anki nkomplu nesperjenza aktar tkabbir ekonomiku:

“Trade Malta saħasitra tat għajnuna importanti anki fid-dawl li għandna tkabbir ekonomiku”, temm jgħid il-Ministru Abela.

Related Post

Tags: Export | internationalisation | malta | Trade |